Nixtiequ nirringrazzjawk talli żort cfr.gov.mt.
Politika tal-Privatezza
Aħna mpenjati lejn il protezzjoni tal-privatezza tal-viżitaturi tagħna u ma niġbru ebda informazzjoni personali dwarkom sakemm intom ma tipprovduhielniex volontarjament. Id-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni juza l-informazzjoni mibgħuta minnek biex jipproċessa formoli elettroniċi skond id-dispożizzjoni ta' l-Atti dwar it-Taxxa u leġislazzjoni sussidarja. Aħna nistgħu nivverifikaw l-informazzjoni mibgħuta minnek, jew informazzjoni dwarek ipprovduta minn terzi persuni, ma' l-informazzjoni miżmuma mid-Dipartiment. Aħna ma ngħaddux informazzjoni dwarek lil ebda persuna barra d-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni ħlief kif permess mil-liġi. Id-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni juża l-informazzjoni personali tiegħek skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 440) biex jipproteġi l-privatezza tiegħek.
L-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 għadda fl-14 ta' Diċembru 2001 u ġie fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2003. Għalhekk għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe nformazzjoni personali li niġbru mingħandkom u dan id-dmir nirrispettawh. Nieħdu s-salvagwardji kollha neċessarji biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandkom lil xi parti terza ħlief kif permess mill-liġi jew sakemm intom ma taghtuniex il-kunsens taghkom.
Il-Kuntatt jew il-Feedback
Meta timla l-formola dwar il-paġna tal-"KUMMENTI", aħna nużaw l-informazzjoni personali sottomessa fil-formola biss biex nirrispondu għall-messaġġ tiegħek. Din l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar milli neċessarju u titħassar la darba l-ħtieġa tal-feedback tintlaħaq.
Informazzjoni dwar id-Download
Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru l-informazzjoni li ġejja li mhijiex personali:
- Il-webpage jew download mitluba;
- Jekk it-talba kinitx ta' suċċess jew le;
- Id-data u l-ħin meta int għamilt aċċess għas-sit;
- L-indirizz ta' l-Internet tal-web site jew l-isem tad-dominju tal-kompjuter li minnu int għamilt aċċess għas-sit;
- Is-sistema ta' operazzjoni tal-kompjuter li qed imexxi l-web browser tiegħek u t-tip u l-verżjoni tal-web browser tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li din l-informazzjoni hija strettament biss għall-użu ta' cfr.gov.mt u mhix maqsuma, mikrija, jew mibjugħa fi kwalunkwe mod lil xi organizzazzjoni oħra.
L-użu ta' l-Informazzjoni mis-Sit
cfr.gov.mt jikkreja "cookies" għal kull sessjoni meta inti żżur il-web site tagħna. Dawn il-cookies jaħżnu informazzjoni li hi mibgħuta lill-browser tiegħek - flimkien ma' web page - meta inti tagħmel aċċess għall-web page. Il-browser tiegħek jirritorna l-informazzjoni dwar il-cookie biss lid-dominju li minnu l-cookie oriġina, jiġifieri cfr.gov.mt u ebda web site iehor ma jista' jitlob din l-informazzjoni. Meta inti tirritorna għal cfr.gov.mt, il-cookie jerġa' jintbgħat lill-web server, flimkien mat-talba l-ġdida tiegħek.
Links għal Web Sites oħrajn
Is-Sit tagħna għandu numru ta' links għal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali
u internazzjonali oħrajn. Hemm xi każijiet, għall-benefiċċju tal-viżitatur, fejn
jista' jkun meħtieġ li aħna noħolqu link għal web sites oħrajn ta'
organizzazzjonijiet oħrajn wara li jinġjieb permess mingħandhom rispettivament.
Huwa mportanti għalik li tinnota li malli tagħmel link għal sit ieħor, inti
m'għadekx fis-sit tagħna u ssir soġġett għall-politika privata tas-sit il-ġdid.
Settembru 2006